Skip Ribbon Commands
Skip to main content

Gass

  Gas Hot News

 

B’segwitu għall-isforzi sostnuti tal-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali (ARN) u l-appoġġ kontinwu tal-partijiet interessati kollha, id-Dipartiment tal-Gass tal-ACER qed jaħdem sabiex jilqa’ l-isfidi kollha assoċjati mal-ħolqien ta’ suq tal-gass Ewropew li jiffunzjona tajjeb, li huwa kompetittiv, integrat, sikur u sostenibbli, li jwassal benefiċċji tanġibbli lill-konsumaturi Ewropej. Il-ħidma li għad trid issir tinkludi l-allinjament tas-suq nazzjonali u r-regoli tal-operazzjoni tan-netwerk għall-gass, kif ukoll is-simplifikazzjoni tal-investiment transfruntier fl-infrastruttura tal-enerġija.

Id-Dipartiment tal-Gass tal-ACER huwa maqsum fi tliet oqsma ta’ ħidma, li kollha kemm huma għandhom l-għan li jappoġġjaw il-kisba tal-objettivi msemmija hawn fuq:

  • Linji Gwida Qafas u Kodiċi tan-Netwerk, inkluża l-Inizjattiva tal-Gass Reġjonali
  • Kooperazzjoni dwar it-TSO u l-Infrastruttura u l-Iżvilupp tan-Netwerk
  • ​Monitoraġġ tas-Suq​ 
​​​​